0806
Jum il-Mulej
QUDDIESA TAL-VĞILI
L-EWWEL QARI
(15:3-4.15-16:16:1-2)
Qari mill-Ewwel Ktieb tal-Kronaki
F'dak iż-żmien: David ġema' '1 Israel kollu f'Ġerusalemm biex itella' hemmhekk l-arka tal-Mulej fil-post li kien waqqaf ghaliha. U hu laqqa' flimkien '1 ulied Aron u l-Leviti. Kienu dawn li ġarrew l-arka ta' Alla, u refghuha fuq spallejhom bil-lasti, kif kien ordna Mosè fuq il-kelma tal-Mulej. David qal lill-kapijiet tal-Leviti biex iqabbdu wħud mit-tribù taghhom u jqegħduhom bhala ghannejja bl-istrumenti tad-daqq, arpi, četri, ċnieċel, biex isemmgħu ghana u daqq li jferrah.
Giebu l-arka ta' Alla u qegħduha f'nofs it-Tinda li kien waqqfilha David, u offrew quddiem Alla sagrifiċċji tal-hruq u sagrifiċċji tas-sliem. Meta temm joffri s-sagrifiċċji tal-hruq u s-sagrifiċċji tas-sliem, David bierek il-poplu f'isem il-Mulej.
Il-Kelma tal-Mulej.
Irroddu hajr lil Alla.
L-IMQADDSA MARIJA MTELLGHA FIS-SEMA
15 ta' Awwissu
(Salm 131)
SALM RESPONSORJALI
Qum, Mulej,
int u l-arka tal-qawwa tieghek!
Ara, smajna biha f'Efrata, sibnieha fir-raba' ta' Gaghar. Ha mmorru fil-ghamara tieghu nixtehtu quddiem il-mirfes ta' riglejh. P
Il-qassisin tieghek jiżżejnu bil-ġustizzja, u l-qaddisin tieghek jghajtu bil-ferh. Minhabba f'David, il-qaddej tiegħek, la twarrabx wićć il-midluk tieghek R
Ghax il-Mulej ghażel 'il Sijon u xtaqha tkun id-dar tieghu: "Hawn insib is-serhan tieghi ghal dejjem! għax hawn xtaqt jiena!" R Hawn irrid ngħammar,
IT-TIENI QARI
(15:54-57)
Qari mill-Ewwel Ittra
ta' San Pawl Appostlu lill-Korintin
Huti: Meta dak li jithassar jilbes in-nuqqas ta' tahsir, meta dak li jmut jilbes l-immortalità, imbagħad isehh dak li hemm miktub, "Inbelghet il-mewt fir-rebha. Fejn hi, ja mewt, ir-rebha tieghek? Fejn hi, ja mewt, in-niggieża tieghek?" In-niggieża tal-mewt hi d-dnub, il-qawwa tad-dnub hi l-liġi. Niżżu hajr lil Alla li tana r-rebha permezz ta' Sidna Ġesù Kristu.
Il-Kelma tal-Mulej.
Irroddu hajr lil Alla.
L-Imqaddsa Marija mteligha fis-sema. Francesco Solimena