1226
Iqajjem lill-imsejken mit-trab, jerfa' lill-fqir mill-miżbla, biex iqegħedhom mal-prinċpijiet, u jiksbu post ta' ġieh. R.
Hallelujah
Hallelujah. Hallelujah. Hienja int, Verġni Marija, li emmint li jseħħ kull ma ntqal lilek min-naħa tal-Mulej. Hallelujah.
L-Evanġelju
Omm Gesù kienet hemm.
Qari mill-Evanġelju ta' San Ġwann.
Ġw. 2, 1-11
F'dak iż-żmien: Sar tieġ f'Kana tal-Galilija, u omm Ġesù kienet hemm. U kien mistieden għat-tieġ Ġesù wkoll u d-dixxipli tiegħu. U billi ma kienx fadal iżjed inbid, omm Ġesù qaltlu: "Ma għandhomx inbid." Ġesù qalilha: "Aħna x'għandna x'naqsmu, mara? Is-siegħa tiegħi għadha ma ġietx." Ommu qalet lill-qaddejja: "Kull ma jgħidilkom, agħmluh." Issa kien hemm sitt ġarar tal-ħaġar, imqiegħda hemm għall-ħasil ritwali tal-Lhud, kull waħda minnhom tesa' xi għoxrin jew tletin gallun. Ġesù qal lill-qaddejja: "Imlew il-ġarar bl-ilma." U dawk imlewhom sax-xfar. Imbagħad qalilhom: "Issa hudu minnu u newluh 'il dak li qiegħed jieħu ħsieb il-mejda." U huma marru jagħtuhulu. Dak li kien qiegħed jieħu ħsieb il-mejda sejjaħ lill-għarus u qallu: "Kulħadd l-inbid it-tajjeb iservi l-ewwel; meta mbagħad ikun ħadhom, iġibu dak li hu tajjeb inqas. Imma inti rfajt sa issa 1-inbid it-tajjeb." Dan, l-ewwel wieħed fost is-sinjali tiegħu, Ġesù għamlu f'Kana tal-Galilija, u wera s-sebħ tiegħu; u d-dixxipli emmnu fih.
Il-Kelma tal-Mulej.
Tifhir lilek Kristu.
14
ICYMI: 1226: Iqajjem lill-imsejken mit-trab, jerfa' lill-fqir mill-miżbla, biex iqegħedhom mal-prinċpijiet, u jiksbu post ta' ġieh. R.
Hallelujah
Hallelujah. Hallelujah. Hienja int, Verġni Marija, li emmint li jseħħ kull ma ntqal lilek min-naħa… #Imazzoni #Tieg #Evangelju #Hallelujah #VerġniMarija