1237
Il-Hamis, it-Tieni Jum tat-Tridu
Il-Quddiesa
II-Vergni Mqaddsa Marija, Qaddejja tal-Mulej
Antifona tad-Dhul
L-ispirtu tieghi jifraħ f'Alla s-salvatur tieghi, ghax hu xehet għajnejh fuq ic-cokon tal-qaddejja tiegħu.
Lq. 1, 47-48
Kolletta
Nitolbu.
O Alla, int, fil-pjan tiegħek kollu ħniena ghas-salvazzjoni tagħna, ridt li l-Verġni mqaddsa Marija, il-qaddejja ċkejkna tiegħek, tkun Omm Kristu u msieħba miegħu: agħmel li aħna u nħarsu lejha bla heda nitgħallmu minnha naqduk f'kollox u nhabirku bla heda għas-salvazzjoni tal-bnedmin kollha. B'lbnek Ġesù Kristu Sidna, li hu Alla, u miegħek jgħix u jsaltan flimkien ma' l-Ispirtu s-Santu għal dejjem ta' dejjem. Amen.
L-Ewwel Qari
Ghajjat bil-ferh, Sijon, ghax il-Mulej ġej.
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Żakkarija.
Żak. 2, 14-17
Għajjat bil-ferħ u infexx fil-hena, bint Sijon, għaliex arani ġej biex nghammar f'nofsok - din kelma tal-Mulej. U kotra kbira ta' gnus jingħaqdu dak in-nhar mal-Mulej. U huma jkunu l-poplu tieghi, u jiena ngħammar f'nofsok. Imbagħad inti tagħraf li l-Mulej ta
7