1111
Fiżika Livell O
Elettriku -7
Ertjar
B'ertjar ta' oġġett iċċarġjat infissru li nqabbdu direttament mal-ert. Dan jista' jsir billi tmiss l-oġġett. Meta nqabbdu oġġett iċċarġjat mal-ert, irrispettivament min-natura u s-saħħa tal-ċarġ tiegħu, l-oġġett isir newtrali, jiġifieri l-oġġett jitlef il-ċarġ tiegħu kompletament.
+
(a)
(b)
a) Jekk l-oġġett ikun iċċarġjat b'mod negattiv, l-elettroni żejda fuqu jgħaddu lejn l-ert u b'hekk l-oġġett isir newtrali
b) Jekk l-oġġett ikun iċċarġjat b'mod pożittiv, numru ta' elettroni jgħaddu mill-ert għall-oġġett biex jagħmluh newtrali.
Distribuzzjoni tal-ċarġ fuq konduttur
Jista' jintwera b'esperiment li:
a) il-ċarġ fuq konduttur iċċarġjat jinsab kompletament fuq in-naħa ta' barra tiegħu
b) il-ċarġ fuq konduttur iċċarġjat huwa aktar ikkonċentrat f'punt partikolari
IL