1527
Fiżika Livell O
Mekkanika-44
Likwidi
Fil-likwidi, il-molekuli huma ftit aktar 'il bogħod minn xulxin milli fis-solidi, u minbarra li jivvibraw, jistgħu fl-istess ħin jiċċaqalqu malajr fuq distanzi qosra. Hija din il-libertà ta' moviment li tippermetti lil-likwidu jieħu l-forma tal-kontenitur tiegħu.
Gassijiet
Fil-gassijiet, il-molekuli huma ħafna aktar 'il bogħod minn xulxin milli fil-likwidi, u fis-solidi, jiċċaqalqu b'veloċitajiet għoljin ħafna fl-ispazju kollu disponibbli. Għalhekk, jaħbtu kontinwament ma' xulxin u mal-ħitan tal-kontenitur. Minħabba din il-libertà ta' moviment, il-gass huwa liberu li jespandi u jimla kompletament il-kontenitur li jkun fih. Il-veloċità li biha jiċċaqalqu l-molekuli tal-gass tiddependi mit-temperatura tagħhom. Iktar ma tkun għolja t-temperatura, iktar tkun kbira l-veloċità tagħhom.
Gassijiet u t-Teorija Kinetika
It-teorija kinetika tal-materja tista' tintuża biex tispjega l-imġiba tal-gassijiet:
Il-gassijiet jeżerċitaw Pressjoni
Il-molekuli ta' gass jinsabu f'moviment każwali kontinwu. Għalhekk, hekk kif jiċċaqalqu, ikunu qed ibbumbardjaw kontinwament il-ħitan tal-kontenitur tagħhom. Din ir-rata ta' bumbardament tal-ħitan tirriżulta fi pressjoni eżerċitata mill-gass. Il-bidla ta' din ir-rata ta' bumbardament tbiddel il-pressjoni.
Il-Liġi ta' Boyles
It-tnaqqis tal-volum ta' gass jagħti lill-molekuli inqas spazju biex jiċċaqalqu. Dan iżid ir-rata ta' bumbardament tal-ħitan tal-kontenitur, jiġifieri tirriżulta żieda fil-pressjoni. L-oppost jiġri meta l-volum jonqos.
Il-Liġi tal-Pressjoni
Żieda fit-temperatura tirriżulta f'żieda fil-veloċità tal-molekuli. Għalhekk, jekk il-volum jibqa' kostanti, ir-rata ta' bumbardament fuq il-ħitan tal-kontenitur tiżdied u b'hekk tirriżulta fi pressjoni miżjuda.
Daqsijiet Molekulari
It-tul approssimattiv ta' molekula huwa inm, jiġifieri 1 x 10 m