Advertisement · 728 × 90
#
Hashtag
#Patrijottizmu
Advertisement · 728 × 90
Preview
1630 jiddominahom. Is-sens mużikali li jinholoq fit-tlissin ta' xi kliem bhal "lejliet sajlija", "Gigantija", "Gherejjex żgħar", "tnejn tenjn", "bil-lajma", kif ukoll it-tkarkir ta' kliem bhal "Sbejjah", "mifnija", "merhija" jfakkarna f'dawk l-iljieli msahhra b'kant li fihom l-ispirtu joħroġ u jintelaq fin-nghas ta holm f'dinjiet leġġendarji. L-ispirtu patrijottiku joħroġ fil-ghajta erojka tat-tfajla: "Immut ghal Ghawdex tieghi", li fiha wiehed jilmah l-eku ta' żminijiet Pisani meta l-għajta ghall-helsien politiku kienet bdiet tinhass mhux hazin. Ghalija, l-aktar strofa li wahedha tibni lirika ta' klassi, hija t-tmien wahda. Fl-użu tal-konsonanti mtennija u fit-tkarkir tal-kliem u ta' l-aččenti mtawla nidhlu fl-atmosfera tal-qtil tal-vittma bhala sagrifiċċju. Pisani joghla 'l fuq fl-istil: Imbagh'd il-midbalı dahhan, U bdew l-ghanjiet tal-mewt fix-xejn merhija, It-tnabar bkew bil-hlewwa l-ahhar daqqa; Ixxartbet l-art bid-dmija. Minghajr hela ta' kliem, iżda b'effiċjenza kbira għandna amalgamazzjoni ta' l-azzjonijiet: il-vittma li bdiet tersaq, in-nar jaqbad fuq il-midbah, 1-ghanjiet imsahhra u l-qtil. L-ahhar strofa, li hija eku ta' l-ewwel, m'hix ghajr tmattira ta' l-ahhar hekk kif bhal nistenbhu minn xi holma u lubiena nahsbu dwar l-esperjenza li ġarrabna, qisna rridu nemmnu u fl-istess hin niddubitaw. JUM IR-REBH Rużar Briffa (pag. 14) Dawn il-versi Briffa kitibhom bhala tifkira tal-protesta tal-Maltin -istejdjum tal-Gżira meta, nhar il-25 ta' Marzu 1945 qamu bilwieqfa u flimkien kantaw l-Innu Malti biex jagħmlu tajjeb ghan-nuqqas tal-banda tal-K.O.M.R. li, għal xi raġuni ma daqqitx I-Innu Nazzjonali, iżda semmghet biss il-Jugożlav u l-Ingliż. It-tim Malti kien laghab loghba futbol kontra t-tim Jugożlav tal-Hajduks u tilef tlieta b'hamsa. Ta' min isemmi li l-Innu Malti kien iddikjarat uffiċjalment fis-27 ta' Frar, 1941. Briffa ma riedx ihalli ġrajja spontanja bhal din tghaddi bla tifkira. Bejn għax l-ghatx ghall-indipendenza kien ftit ftit qed iżid u bejn għax Rużar Briffa kien habib kbir ta' Dun Karm, l-awtur ta' l-Innu Malti, il-poeta hassu mbuttat biex jikteb dawn il-versi. "Jum ir-Rebh" hija miktuba bil-versi tas-sebgha mżewġin, versi martelljani, ghall-poeta Boloniż Jacopo Martelli. Il-versi huma spontanji u l-azzjoni tal-Maltin hija deċiża. Ir-rima hija mżewġa, forsi biex tishaq iżjed fuq in-nobbiltà ta' ħsieb il-Maltin li hassewhom offiži meta l-identità tagħhom inghatat il-ġenb. 24

ICYMI: 1630: jiddominahom. Is-sens mużikali li jinholoq fit-tlissin ta' xi kliem bhal "lejliet sajlija", "Gigantija", "Gherejjex żgħar", "tnejn tenjn", "bil-lajma", kif ukoll it-tkarkir ta' kliem bhal "Sbejjah", "mifnija", "merhija" jfakkarna… #Mużika #Kultura #Lirika #Literatura #Patrijottizmu

0 0 0 0