0824
L-Ewwel Qari
Arawha, ix-xebba ssir omm.
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija.
Is. 7, 10-14
F'dak iż-żmien: Il-Mulej issokta jkellem lil Aħaż u jgħidlu: "Itlob sinjal għalik minn għand il-Mulej, Alla tiegħek, f'qiegħ l-art jew fil-għoli tas-smewwiet." U Aħaż wieġeb: "Ma nitlobx: ma rridx nittanta lill-Mulej."
U l-profeta wieġeb: "Isimgħu, mela, dar David: mhux biżżejjed għalikom li tkiddu lill-bnedmin biex issa sa tkiddu lil Alla tiegħi? Għalhekk is-sinjal jagħtihulkom Sidi stess: Arawha, ix-xebba ssir omm u jkollha iben u ssemmih Ghimmanu-El (għax Alla magħna)." Il-Kelma tal-Mulej.
Inroddu ħajr lil Alla.
Salm Responsorjali
Salm 39
R. Hawn jien, Mulej, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek.
Sagrifiċċju u offerta int ma tgħaxxaqtx bihom; imma widnejja int ftaħtli. Vittmi tal-ħruq u tat-tpattija int ma tlabtx. Imbagħad jien għidt: Hawn jien, ġej. R.
Fil-ftuħ tal-ktieb hemm miktub fuqi li nagħmel ir-rieda tiegħek. Alla tieghi, jogħġobni, u li l-liġi tiegħek ġewwa qalbi qiegħda.
R
Xandart il-ġustizzja f'ġemgħa kbira; Ara, xofftejja ma żammejthomx magħluqa; Mulej, inti taf. R.
40