Advertisement · 728 × 90
#
Hashtag
#Sokits
Advertisement · 728 × 90
Preview
1120 Fiżika Livell O Elettriku - 25 (e) Plagg bil-fjuż. Tip wieħed biss ta' plagg jintuża f'ċirkwit prinċipali ċirkolari. Huwa mwaħħal kif jidher fil-figura u għandu l-fjuż tal-iskartoċċ tiegħu stess. 3A għal apparati b'qawwa sa 720W u fjuż ta' 13A għal dawk bejn 720W u 3kW. Sokit Plagg fjuż tal-iskartoċċ manku tal-korda L = KANNELLA N=RIUF E-ISFAR-AĦDAR (1) Ertjar u sigurtà. Ċirku prinċipali għandu t-tielet wajer li jmur għas-sokits ta' fuq fuq il-punti kollha tal-enerġija, u huwa ertjat billi jkun imqabbad jew ma' pajp tal-ilma tal-metall fid-dar jew ma' konnessjoni tal-ert fuq il-kejbil tal-provvista. Dan it-tielet wajer huwa prekawzjoni ta' sigurtà biex jipprevjeni xokk elettriku jekk apparat jiżviluppa ħsara. Il-pin tal-ert fuq plagg bi tliet pinnijiet huwa konness mal-kaxxa tal-metall tal-apparat li b'hekk jingħaqad mal-ert permezz ta' mogħdija ta' reżistenza kważi żero. Jekk imbagħad, pereżempju, l-element ta' nar elettriku jinkiser jew jinżel u jmiss il-kaxxa, kurrent kbir jiċċirkola lejn l-ert u jaqbad il-fjus. Inkella l-kaxxa ssir 'ħajja' u kull min imissha jirċievi xokk. (g) Provvista tal-Enerġija għal Installazzjoni. Power Station Prinċipali Miter Kaxxa tad-Distribuzzjoni Dar L-elettriku fornut minn power station jidħol f'installazzjoni kif muri fid-dijagramma ta' hawn fuq. Il-kaxxa tal-fjusijiet tal-mejn għandha fjus ta' 60A u hija ssiġillata mill-bord tad-dawl. Din il-kaxxa m'għandhiex tiġi mbagħbsa. Il-miter jintuża sabiex il-bord tad-dawl ikun jista' jżomm rekord tan-numru ta' unitajiet użati u b'hekk ikun jista' joħroġ kontijiet tad-dawl. Il-kaxxa tad-distribuzzjoni, imsejħa wkoll kaxxa tal-fjusijiet, tintuża sabiex l-enerġija fornuta lil dar tinqasam f'ċirkwiti differenti. Għalhekk, il-plakek u l-lampi ta' fuq u ta' isfel huma konnessi fuq ċirkwiti differenti permezz ta' fjusijiet differenti f'din il-kaxxa. Għalhekk, jekk wieħed miċ-ċirkwiti jaħraq il-fjus tiegħu, iċ-ċirkwiti l-oħra xorta jibqgħu jaħdmu

ICYMI: 1120: Fiżika Livell O

Elettriku - 25

(e) Plagg bil-fjuż. Tip wieħed biss ta' plagg jintuża f'ċirkwit prinċipali ċirkolari. Huwa mwaħħal kif jidher fil-figura u għandu l-fjuż tal-iskartoċċ tiegħu stess. 3A għal apparati b'qawwa sa 720W u fjuż ta'… #Elettriku #Sigurtà #Fiżika #Plagg #Sokits

0 0 0 0