0755
dak l-iben li missieru ma jwiddbux?
Tassew li bhalissa kull twiddiba ma tferrahniex, imma tnikkitna, ižda mbagħad, lil dawk li jkunu tharrgu biha, hija troddilhom il-frott ta' hajja mimlija bis-sliem u l-ġustizzja. Mela erfgħu l-idejn merhija u l-irkupptejn mitluqa tagħkom, u aqbdu triq dritta ghal riġlejkom, biex min hu zopp, ma joħroġx mit-triq, imma jerġa' jiehu sahhtu.
Il-Kelma tal-Mulej.
Irroddu hajr lil Alla.
AKKLAMAZZJONI QABEL L-EVANGELJU Hallelujah. Hallelujah.
(Ġw 14:6)
Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Hajja. Hadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi.
Hallelujah
L-EVANGELJU
(13:22-30)
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
F'dak iż-żmien, huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, Ġesù għadda jgħallem f'xi bliet u rħula. U kien hemm wiehed qallu: «Mulej, jaqaw ftit huma dawk li jsalvaw?>>>
U huwa weġibhom: «Thabtu biex tidħlu mill-bieb id-dejjaq, ghax kif nghidilkom jien, hafna għad ifittxu li jidħlu u ma jirnexxilhomx. Ghax meta sid id-dar ikun qam jagħlaq il-bieb, intom tibqgħu barra, u tibdew thabbtu l-bieb u tghidu: "Mulej, ifthilna!" Iżda hu jweġibkom u jgħid: "Ma nafx mnejn intom."
Aqra, ifhem u ghix il-Kelma ta' Alla
www.jumilmulej.cakmalta.org
ul-Hajja
Imbagħad taqbdu tgħidulu: "Kilna u xrobna miegħek ahna, u int għallimt fil-pjazez tagħna." Hu jwieġeb u jghidilkom: "Ma nafx mnejn intom: morru minn quddiemi, intom ilkoll li tagħmlu dak li mhux sewwa!"
Hemmhekk ikun hemm il-biki u tgħażżiż tas-snien, meta taraw lil Abraham u lil Iżakk u lil Ġakobb u 1-profeti kollha fis-Saltna ta' Alla, u intom imkeććija 'l barra.
U jiġu nies mil-Lvant u mill-Punent, mit-Tramuntana u min-Nofsinhar, u joqogħdu għall-mejda fis-Saltna ta' Alla.
U araw, hawn min hu tal-ahhar u ghad ikun l-ewwel, u hawn min hu tal-ewwel u għad ikun l-ahhar.>>>
Il-Kelma tal-Mulej.
Tifhir lilek Kristu.
TALBIET
TA' INTERCESSJONI
II-Missier iżomm kelmtu u jhenn lejn kull min jersaq lejh. Imqanqlin miċ-čertezza li jisma' u jagħti kas min jitolbu, ejjew irressqu quddiemu l-ħtiġijiet tagħna.