7 months ago
0757
PERGAMU
14
IMKEJJEN BIBLICI
2025 U lill-anglu tal-knisja li hemm f'Pergamu iktiblu hekk: "Dan jghidlek Dak li għandu x-xabla misnuna miż-żewġ nahat: Jiena naf fejn int qieghed; qieghed fejn hemm it-tron tax-Xitan. Imma ghadek iżżomm shih ma' ismi u ma chadtx il-fidi tieghek fija, anqas f'dawk il-jiem li fihom Antipa, ix-xhud fidil tieghi, qatluh hemm fostkom, fejn joqghod ix-Xitan." (Apk 2:12-13)
Belt li kienet mghammra sa mit-tmien seklu q.K. iżda kisbet importanza biss fi mien il-Griegi. Il-preżenza ta' kolonja Lhudija nsibu xhieda indiretta tagħha f'Cićerun li ddefenda l-gvernatur tal-post Flakku mix-xilja li dahhal f'butu 1-gabra li l-Lhud kienu għamlu biex ihallsu t-taxxa lit-tempju ta' Ġerusalemm. Il-knisja ta' Pergamu tissemma fit-Tieni Kapitlu tal-Ktieb tal-Apokalissi, fejn jitfakkar il-martirju ta' wiehed mill-membri tagħha, čertu Antipa li dwaru ma nafu xejn. Il-belt tissemma bhala l-post "fejn hemm it-tron tax-xitan" (2:13), aktarx allużjoni ghall-kult tal-imperatur li kien jingħatalu f'dik il-belt.
TYATIRA
numru
U lill-anglu tal-knisja li hemm f'Tjatira iktiblu hekk: "Dan jghidlek l-Iben ta' Alla, dak li ghandu ghajnejh bhal ġamra nar u saqajh qishom metall ileqq: Jiena naf l-opri tieghek, l-imhabba u l-fidi tieghek, is-servizz u s-sabar tieghek, naf kemm l-opri tieghek tal-ahhar huma ahjar minn dawk tal-bidu. Iżda kontra tieghek ghandi li int lil Geżabel, il-mara li tridha ta' profetissa, qieghed thalliha tgħallem u tqarraq bil-qaddejja tieghi billi thajjarhom jaqghu fiż-żina u jieklu ikel issagrifikat lill-idoli. Jien tajtha żmien biex tindem, iżda ma riditx terġa' lura miż-żina taghha." (Apk 2:18-21)
II-belt waqqafha Selewku, wiehed mit-tnax-il vassall ta' Alessandru l-Kbir u kienet taqdi bhala sur ta' difiża ghal Pergamu. Qatt ma kellha importanza kbira fid-dinja tal-qedem jekk mhux ghall-kummerċ tal-porpra u dan jissemma wkoll f'Atti 16:14 fejn jingħad li Lidja, mara ghanja minn Filippi, kellha din l-attività billi kienet imwielda fi Tjatira. Il-fama taghha fil-Bibbja hija marbuta l-aktar nett mal-ittra li nkitbitilha fit-Tieni Kapitlu tal-Ktieb tal-Apokalissi: b'mod ġenerali lill-Insara ta' din il-belt jingħata l-għarfien li huma fidili u perseveranti, b'danakollu jaqilgħu wkoll ċanfira ghax laqgħu fi ħdanhom lill-profetessa pagana Geżabel.
IUM ILMULEL CAR, Triq 5. Sommier, Birkirkara BKR4611. Tel: 21498343-Fax: 21443458 E-mail: jumalmulej@cakmaha.org Widrate wonjuxilmdej.cakmalta.org. Editur: P. Allister M. Aquilina, Kollaboraturi: P. Paul Darmanin, Francesco Pio Attard,
Fra Mauro Zammit u P. Edmund Teuma Stampar: Velprint Ltd. Testi mill-kritture: Ghagda Bildika Maltija CAK, Frangiskani Konventwali, Malta 2025.
ICYMI: 0757: PERGAMU
14
IMKEJJEN BIBLICI
2025 U lill-anglu tal-knisja li hemm f'Pergamu iktiblu hekk: "Dan jghidlek Dak li għandu x-xabla misnuna miż-żewġ nahat: Jiena naf fejn int qieghed; qieghed fejn hemm it-tron tax-Xitan. Imma ghadek… #Pergamu #Knisja #Antipa #Apokalissi #TraumaHistoriku
0
0
0
0