0756
din tkisser
16
IMKEJJEN BIBLICI 2025
Telaq Gesù flimkien mad-dixxipli tieghu lejn l-irhula ta Česarija ta Filippu. Huma u mexjin, lid-dixxipli tieghu ghamlilhom din il-mistoqsija: "Min jghidu n-nies li jien?" Wegbuh u qalulu: "Gwanni 1-Battista, ohrajn, Elija: u okrajn, wiched mill-profeti." "Imma intom," staqsiehom, "intom min tghidu li jien?" Qabeż Pietru u qallu: "Inti l-Messija" Imbaghad ordnathom hafna biex ma jitkellmu ma' hadd fuqu. (Mk 8:27-29)
Xi erbghin kilometru fit-Tramuntana tal-Galilija hemm il-belt antika ta' Paneas, li tichu isunha mis-santwarju ddedikat lil alla Pan (paneion) li kien jinsab f'ghar qrib l-għejjun tax-xmara Gordan. Il-belt kellha żvilupp kbir taht il-hakma Rumana, meta hadet l-isem ta Cesarija ta' Filippu u ssebbhet b'hafna palazzi u tempji. Aktarx li kienu hafna l-allat li kienu jissejhu f'dan il-post, ghalhekk il-fatt li Pietru gharaf lil Ġesù bhala 1-Messija sewwasew f'dan il-post (Mk 8:29) ghandu tifsira kbira.