Advertisement · 728 × 90
#
Hashtag
#Heilsien
Advertisement · 728 × 90
Preview
0756 Jum il-Mulej IL-LITURGIJA TAL-KELMA L-EWWEL QARI (18:6-9) Qari mill-Ktieb tal-Gherf Dak il-lejl tal-helsien thabbar minn qabel lil missirijietna, biex, wara li gharfu sewwa f'liema weghdiet emmnu, aktar iqawwu qalbhom. Il-poplu tieghek stenna l-helsien tal-ġusti, u l-qerda tal-ghedewwa tagħhom, ghax kif int ikkastigajt 1-ghedewwa taghna, hekk sebbaht lilna meta sejjaħtilna għalik. L-ulied twajba tal-ġusti offrew sagrifiċċju bil-mohbi, u lkoll fehma wahda qagħdu ghal-Ligi ta' Alla: li l-qaddisin tiegħek jaqsmu xorta bejniethom kemm il-ġid u kemm id-deni; għalhekk minn qabel għannew tifhir missirijiethom. Il-Kelma tal-Mulej. Irroddu hajr lil Alla. SALM RESPONSORJALI . Hieni l-poplu li l-Mulej ghażel b'wirtu! (Salm 32) Ghannu, ģusti, bil-ferħ lill-Mulej; jixirqilhom ifahhruh in-nies sewwa. Hieni l-ġens li l-Mulej hu Alla tiegħu, il-poplu li hu ghażel b'wirtu. R. Il-Mulej hu l-ghajnuna u t-tarka tagħna ID-19-IL MADD TA' MATUL IS-SENA Sena C-10 ta' Awwissu 2025 n.1415 Ara, ghajnejn il-Mulej fuq dawk li jibżghu minnu, fuq dawk li jittamaw fit-tjieba tiegħu, biex jehilsilhom mill-mewt hajjithom, u jahjihom fi żmien il-guh. B Ruhna tixxennaq ghall-Mulej, hu l-għajnuna u t-tarka tagħna. Ha tkun, Mulej, it-tjieba tiegħek fuqna, kif fik hi t-tama tagħna. IT-TIENI QARI (11:1-2.8-19) Qari mill-Ittra lil-Lhud (Is-silta bejn il-qawsejn tista' ma tinqarax) Huti, il-fidi hija pedament tal-hwejjeġ li għandna nittamaw, hija l-prova tal-ħwejjeġ li ma narawx. In-nies tal-imghoddi ghoġbu lil Alla sewwasew ghax kellhom il-fidi. Kienet il-fidi li ġaghlet lil Abraham jobdi s-sejħa ta' Alla, meta dan qallu biex imur f'art li kien sa jagħtih b'wirt; u telaq, bla ma kien jaf fejn kien sejjer. Kienet il-fidi li ġagħlitu jgħammar fl-art imwiegħda, qisu barrani f'art barranija, u jghix taht it-tined flimkien ma' Iżakk u Gakobb, li kienu werrieta miegħu tal-istess weghda; ghax hu kien ihares 'il quddiem, lejn il-belt mibnija fis-sod, li l-imgħallem u l-bennej tagħha huwa Alla. Kienet ukoll il-fidi li biha Sarah, mara mdaħħla fiż-żmien, setgħet titqal, ghax hija gharfet li ta' kelmtu kien dak li għamlilha l-wegħda. Kien għalhekk li minn bniedem wiehed, li kien tista' tghid mejjet, twieldu nies bil-kotra daqs il-kwiekeb tas-sema u daqs ir-ramel ta' xatt il-bahar, li ħadd ma jista' jgħoddu. (Kollha bil-fidi mietu dawn in-nies. Kienu għadhom ma hadux dak li kien

ICYMI: 0756: Jum il-Mulej

IL-LITURGIJA TAL-KELMA

L-EWWEL QARI

(18:6-9)

Qari mill-Ktieb tal-Gherf

Dak il-lejl tal-helsien thabbar minn qabel lil missirijietna, biex, wara li gharfu sewwa f'liema weghdiet emmnu, aktar iqawwu… #IlLiturġijaTalKelma #JumIlMulej #SalmResponsorjali #Heilsien #Fehma

0 0 0 0