1048
50
Ejjew Nitoibu
◇
IL-VIA SAGRA
Talb li jingħad quddiem is-Sagrament
Kif ninsabu għarkubbtejna quddiem Ġesú Sagramentat, nadurawh bil-qalb kollha u nagħmlu I-attijiet.
Mulejja, nemmen fik, kollok verità.
Mulejja, nitma fik, kollok ħniena.
Mulejja, inħobbok fuq kollox, kollok imħabba.
Mulejja, nindem għax offendejtek, kollok tjieba.
Mulejja, inqaddes ruhi bis-Sagramenti tiegħek, kollok qdusija.
Insieħbu lil Sidna Ġesù fil-vjaġġ li għamel mingħand Pilatu sal-Kalvarju, imgħobbi bis-salib, u nitolbuh li jħeġġeġ il-qlub tagħna bin-nar ta' l-imħabba tiegħu u jagħtina d-dawl biex nimmeditaw it-tbatija u l-mewt tiegħu.
Nitolbu għall-Knisja Mqaddsa, għall-paċi fid-dinja, għall-konverżjoni tal-midinbin; għall-perseveranza tat-tajbin u nitolbu għall-proxxmu tagħna kollu, u għas-suffraġju ta' l-erwieħ tal-Purgatorju.
Rodd is-salib, mur quddiem l-ewwel stazzjon, hares lejh u għid: