1635
Jitejjeġ u tormoll-Min jista' jsabbarial
Dak huwa fil-qosor ir-rakkont ta "Katrin ta' l-Imdina" iżda mbaghad fihs minjiera letterarja. L-ewwel parti, jiġifieri l-parti deskrittiva jew shijar dik l titkellem dwar it-tieg, hija miktuba bil-vers tas-sitta, vers qasir u mezzej u ghalhekk jaddatta ruhu tajjeb għal xi strument semplići mużikali, forsi aktar bil-kitarra. Cachia kellu f'rasu li rakkont semplići bial dan jappella ghall-massa illitterata. X'aktarx li, aktar milli jingraw, dawn ir-rakkonti kienu mismugha u għalhekk ikunu neqsin mill-fisibijiet u s-sintassi kumplessi. Cachia jishaq fuq l-aspett folkloristiku ta' l-okkażjoni:
In-nies ta' madwarhom ghall-gilwa mhejjija.
Il-qniepen idoqqu, ighannu x-xbejbiet, bit-tabal u ż-żmamar bdew jidwu s-smewwiet.
Mill-bjut u mit-twieqi. Xehtulhom dafrict, Mill-gwielaq quddiemhom. Ward xerrdu x-xbejbiet;
Xhin waslu fil-misrah Laqghuhom ghożżieb Bix-xama' f'idejhom Fid-dahla tal-bieb.
Fi żmienna xi kliem semitiku ghandu mnejn jinhass kemxejn stramb imma dan kien il-kliem ta' niesna li kienu jghixu fit-tieni nofs tas-seklu l-ichor. Kemm il-vokabolarju kif ukoll l-espressjoni u n-nisga tal-ġrajja tragika huma hfief u bla tiżjin żejjed. L-aktar figura užata tad-diskors f'din il-ballata hija t-tixbiha, l-aktar figura letterarja popolari u għalhekk mistennija mis-semmiegha/qarrejja.
Id-dar hi mahnuqa, Bhal bajda mimlija.
Katrina I-gharusa Bhal warda Maltija.
Grew ghal fuqha daqs ghefiered.
Ir-rakkont ma jistax ma jiġbidx l-attenzjoni, ghaliex tieg bejn il-Ħakem (1-aktar figura importanti (Malta fiż-żminijiet tan-nofs) u tfajla mill-isbah Maltija, huwa l-ahjar riċetta biex tohloq interess fost nies ta' bla skola. Ma'
19