0753
Jum il-Mulej
IL-LITURGIJA TAL-KELMA
L-EWWEL QARI
(18:1-100)
Qari mill-Ktieb tal-Genesi
F'dak iż-żmien, il-Mulej deher lil Abraham ħdejn il-ballut ta' Mamri; u hu kien fil-bieb tal-gharix fl-aqwa tas-shana tal-jum.
U rafa' għajnejh u hares, u ra tlitt irġiel weqfin quddiemu; u malli rahom mar jiġri jilqagħhom mill-bieb tal-għarix u nxtehet wiċċu fl-art quddiemhom. U qal: «Sidi, jekk jien sibt ħniena f'għajnejk, tibqax għaddej minn quddiem il-qaddej tiegħek. Ha nġib ftit ilma u ahslu riģlejkom, u striehu taht is-sigra, sakemm inġibilkom gidma hobż, biex titrejqu, imbagħad tibqghu sejrin - ghax għalhekk għaddejtu għand il-qaddej tagħkom. U huma qalulu: >
U Abraham haffef lejn l-gharix, ħdejn Sara, u qalilha: «Fittex lesti tliet sighan smid, aghġnu u agħmlu ftajjar.>>> U Abraham mar jiġri ħdejn il-baqar u ha ghoġol tari u sabih, u tah lill-qaddej; u dan fittex ilestih. U ha l-baqta u 1-halib u l-għoġol li kien lesta, u qegħedhom quddiemhom. U hu baqa' bilwieqfa quddiemhom taħt is-siġra, u huma bdew jieklu. U staqsewh: «Fejn hi Sara, martek?» U hu weġibhom: