8 months ago
1633
Għalkemm ir-Re Alfonso kien wieghed lill-Maltin li ma Malta ma terġax tingħata lil ħadd aktar ma damitx ma nstabet skuża biex Malta tingħata lill-kavallieri ta' Ġerusalemm.
L-ikbar avveniment storiku fi żmien il-kavallieri żgur li jibqa' dak ta' l-Assedju I-Kbir ta' 1-1565. Gan Anton Vassallo fakkarma f'dan l-event billi jqajjem lil La Valette mill-qabar u jhallih jirrakkonta hu l-ġlieda qalila bejn il-Maltin u t-Torok meta fil-poeżija tiegħu Is-Sultan La Vallette lill-Belt Valletta jaghtina stampi ta' kif il-Maltin kollha sa bin-nisa tagħhom, kienu qed jiġġieldu taqbida li kellha ssalva lill-Ewropa mill-hakma tal-Misilmin. II-Belt Valletta bdiet tinbena minn La Valette aktar bhala tifkira tar-rebħa li saret tal-Kristjaniżmu iżda baqgħet tissemma mal-gnus kollha għall-qlubija ta' dan is-Sultan.
"Jien ghalik (u tafu id-dinja)
Jiena kont l-akbar sultan Jiena ghollejtak fuq bliet ohra Jien libbistlek il-hitan."
Ma satax jonqos li l-poeta nazzjonali Dun Karm ma jfakkarniex fl-Assedju. Fil-poeżija tiegħu II-Għanja tar-Rebha jindirizza lix-xemx li rat din il-ġlieda kbira tal-Maltin u jislet mix-xhieda tagħha diversi umenti waqt l-Assedju li l-istorja tfakkarna fihom bhalma hi dik id-dehra makabra ta' l-igsma tal-kavalieri mejta bla ras marbutin fuq l-ghuwied u mitluqin f'wiċċ il-bahar. Dan hu s-sagrifiċċju ġdid li l-Maltin kellhom ihallsu storikament biex jibqgħu ħielsa f'Art Twelidhom.
Malli nbusu dak it-trab imqaddes
Maghgun bid-demm ta' qlub li habbew shih;
B'demmek, ja Malta, li għal dejjem rifed
II-jedd ta' Kristu u ta' l-Ewropa l-ġieh
Madankollu meta I-Kavalieri bdew jitilfu l-iskop li gġalih kienu ngħaqdu spiċċaw biex ukoll iddgħajfu moralment u fizikament. Fosthom kien hemm hafna Franċiżi u r-rebhiet ta' Napuljun bil-weghdiet tar-Rivoluzzjoni Franċiżi ma setgħu aktar ma jhallux l-effett tagħhom hawn Malta wkoll. Il-bidla jidher li l-Maltin kienu qed jistennewha u Mikiel Anton Vassali, kif jgħidilna Dun Karm stess fis-sunett Petrarkjan tiegħu, ma satax jonqos li jiżra' fost il-Maltin dawk l-ideat li kien ġieb miegħu minn Ruma. Is-Sultan kellu jarrestah.
un-nafra tas-Sultan li qatt ma ġiebek
wara t-Twissija b'ghaqal kbir mahduma
u l-għawġ u l-ghar li ngabar wara biebek u l-habs u l-harba f'nofs ta' lejl mitmuma,
Iżda I-Franċiżi ġew u dahlu I-Belt mat-tama ta' ħafna Maltin. B'xorti hazina l-intenzjiniet tagħhom ma tantx kienu sbieħ u l-Maltin malajr intebhu meta bdew jara is-serq mill-knejjes. B'kuntrast ma dak li qal qabel, Dun Karm ifahhar patrijott iehor Malti din id-darba ghas-sehem tieghu kontra I-Frančizi. Lil Dun Mikiel Xerri jagħrfu fl-istorja ta' pajjiżna
Kont għadni nista' nghid čċkejken tarbija meta ktieb il-ġrajjiet habbibni miegħek
u jaf li kieku Dun Mikiel kien iben pajjiż ikbar, ghal ghemilu, kienu jiftahru bih Ateni u Ruma. Fid-dramm klassiku tiegħu Friggieri jarġa' jfakkarna fil-patrijottizmu Malti taht il-Franċiżi u ma jinsiex lanqas lil Dun Mikiel Xerri.
ICYMI: 1633: Għalkemm ir-Re Alfonso kien wieghed lill-Maltin li ma Malta ma terġax tingħata lil ħadd aktar ma damitx ma nstabet skuża biex Malta tingħata lill-kavallieri ta' Ġerusalemm.
L-ikbar avveniment storiku fi żmien il-kavallieri żgur li… #Malta #Kavallieri #LAssedjuIKbir #Valletta #DunKarm
0
0
0
0