0958
bil-ħidma ta' l-Ispirtu s-Santu. Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust, u li ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel f'rasu li jibgħatha bil-moħbi tan-nies. Wara li qatagħha li jagħmel hekk, deherlu l-anğlu tal-Mulej fil-holm u qallu: "Ġużeppi, bin David, la tibżax tilqa' għandek lil Marija b'martek, għax dak li tnissel fiha ġie bil-ħidma ta' l-Ispirtu s-Santu. Hi jkollha iben u inti ssemmih Ġesù, għax hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom." Dan kollu ğara biex iseħħ li kien intqal permezz tal-profeta, meta qal: 'Ara, ix-xebba tnissel u jkollha iben u jsemmuh 'Ghimmanu-El', li bi lsienna jfisser 'Alla magħna'.' Il-Kelma tal-Mulej.
Tifhir lilek Kristu.
Talba fuq l-Offerti
Ferħanin bit-tifkira ta' Omm Ibnek, noffrulek, Mulej, is-sagrifiċċju ta' tifhir, biex, b'din il-qima qaddisa u l-grazzja tiegħek, niksbu dejjem iżjed il-frott tal-fidwa tagħna. Bi Kristu Sidna. Amen.
Prefazju
Omm il-Mulej tqassmilna l-grazzja ta' Alla bil-fedeltà kollha.
Il-Mulej magħkom. U miegħek ukoll. Nerfgħu qlubna 'l fuq. Nerfgħuhom lejn il-Mulej. Niżżu ħajr lill-Mulej Alla tagħna. Hekk sewwa u xieraq.
Sewwa u xieraq tassew,
Mulej, Missier qaddis, Alla ta' dejjem li tista' kollox, tajjeb u ta' ġid għas-salvazzjoni tagħna li dejjem u kullimkien inroddulek hajr: bi Kristu Sidna.
Għaliex int għamilt ħwejjeġ kbar ma' Omm Ibnek u biha ma tieqaf qatt taħdem fina s-salvazzjoni tagħna;
5
ICYMI: 0958: bil-ħidma ta' l-Ispirtu s-Santu. Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust, u li ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel f'rasu li jibgħatha bil-moħbi tan-nies. Wara li qatagħha li jagħmel hekk, deherlu l-anğlu tal-Mulej fil-holm u qallu:… #Ħidma #IspirtuSantu #Tifkira #Talba #OmmIlMulej