0807
tieghi, ghax hu xehet għajnejh fuq ic čokon tal-qaddejja tiegħu. Iva, minn issa 'l quddiem kull nisel jibda jsejjahli hienja, ghax is-Setghani ghamel mieghi ħwejjeġ kbar, qaddis hu l-isem tieghu. Il-ħniena tieghu tinfirex f'kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu. Hu wera 1-qawwa ta' drieghu, xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom. Niżżel is-setghana minn fuq it-tron tagħhom, u gholla ċ-ċkejknin. Mela b'kull ġid 'il min hu bil-ġuh, u l-ghonja baghathom 'il barra b'xejn. Ha hsieb Israel qaddej tieghu, ghax ftakar fil-ħniena tieghu -bhalma wieghed 'il missirijietna - b'risq Abraham u nislu għal dejjem."
Marija baqgħet ma' Elizabetta ghal xi tliet xhur u mbagħad reġgħet lura lejn darha.
Il-Kelma tal-Mulej. Tifhir lilek Kristu.
Talbiet ta' Interčessjoni mill-Quddiesa tal-Vigili
TALBA
O Marija, int li mort tiltaqa' ma Zakkarija u Elizabetta, tieqaf qatt tiği tiltaqa' magħna. Int emmint li jsehhu 1-kelmiet tal-Mulej, qawwi l-fidi tagħna u ghallimna nimxu miegħek. (Santwarju ta' Dinnammare)
SPAZJU MINN ALLA BIEX THOBB
"mbierk mbierka inti fost in-nisa "Im Lumbierek il-frott tal-ġuf tieghek." Kull darba li nitolbu t-talba tas-'Sliema' ahna niftakru f'dak li qalet Elizabetta lil Marija meta din marret iżżurha f'darha. Il-festa tal-lum tkompli tifthilna qlubna u tfakkarna li jekk irridu nhobbu tassew, jehtieġ nitgħallmu naghmlu spazju ġewwa fina biex inkunu nistghu nilqgħu tassew lill-oħrajn. Li tagħmel spazju fik biex tilqa' lill-oħrajn hi xi ħaġa mill-isbah! F'ġurnata bhal din tal-lum niehdu gost ma nkunux wahidna iżda nfittxu li nkunu ma'
tal-familja jew mal-hbieb għal xi festa jew fejn il-bahar ghal xi BBQ. Meta ahna nkunu lesti li nilqgħu lil Alla u lill-ohrajn, dan iġeddidna, jaghtina hajja ġdida! Marija wkoll xtaqet li tagħmel spazju għal Alla fil-ħajja tagħha, u dan wassalha biex tohlom, biex tmur tiltaqa' mal-oħrajn. Mela, li thobb ifisser li tagħmel post f'qalbek ghall-ohrajn u taghraf kemm hi haġa sabiha li tghix flimkien magħhom. Fl-ahhar mill-ahhar, biex tevangelizza trid taghraf li l-hajja tieghek hi spazju moghti lilek minn Alla biex thobb.
Filomena Fabri
JUM IL-MULEI CAK, Trig 5. Sommier, Birkirkara BKR4611. Tel: 21498343-Fave 21443458 - E-mail jumdoules@ca Website: www.jumilmulej.cakmalta.org. Editur: P. Allister M. Aquilina. Kollaboraturi, P. Paul DarmaFr
Anton Farrugia u Filomena Fabri
Stampar: Velprint Ltd. Testi mill-skrittura Ghapla Biblika Maltija ČAK, Frangiskani Konveotwali, Malta 2025
ICYMI: 0807: tieghi, ghax hu xehet għajnejh fuq ic čokon tal-qaddejja tiegħu. Iva, minn issa 'l quddiem kull nisel jibda jsejjahli hienja, ghax is-Setghani ghamel mieghi ħwejjeġ kbar, qaddis hu l-isem tieghu. Il-ħniena tieghu tinfirex f'kull żmien fuq dawk… #kristu #talba #marija #quddiesa #setghani