1852
Talb Ewkaristiku
29
◇ L-ATT TAT-TAMA
Mulejja, għaliex inti tista' kollox, kollok ħniena u qatt ma tonqos mill-weghdiet tiegħek, jiena nittama li tagħtini l-maħfra ta' dnubieti u l-ġenna, li inti għall-merti ta' Ġesù Kristu, wegħidt lil min jagħmel opri tajba, hekk kif jiena nipproponi li nagħmel bil-għajnuna mqaddsa tiegħek, li minnek nittama għaliex inti tjieba infinita.
L-ATT TA' L-IMHABBA
Mulejja, għaliex inti tjieba bla tarf u bla tmiem, jiena nħobbok fuq kollox u nħobb il-proxxmu tiegħi bħali nnifsi, imħabba fik.
◇
L-ATT TA' L-INDIEMA
Mulejja, Alla tiegħi, jisgħobbija b'qalbi kollha minn dnubieti ta' ħajti kollha. Jisgħobbija, Mulejja, għall-ġenna li tlift u għall-infern li rbaht; imma fuq kollox jisgħobbija għax reghextek u offendejtek li inti kollok tjieba u ħniena. Inħobbok, Mulejja, inhobbok fuq kollox; mil-lum 'il quddiem, bil-għajnuna mqaddsa tiegħek, ma nidnibx qatt u qatt iżjed, u la mmur fejn dari nidneb, iżda nahrab ukoll dak kollu li dari waqqagħni fid-dnub.
◇ L-ATT TA' L-INDIEMA (IL-QASIRA)
Mulejja, Alla tieghi, Intj thobbni hafna. Jiddispjačini