1047
Thejjija Għall-Qrar
47
bhalma Kristu wkoll ħabb lilna u ta lilu nnifsu għalina.
3. Rit tar-Rikončiljazzjoni Il-penitent (jekk hemm id-drawwa): Nistqarr 'l Alla.. Bl-ikbar ħtija tiegħi.
Il-penitent jistqarr dnubietu.
Is-saċerdot jagħmel it-twissijiet meħtieġa u jagħti t-tewba.
Il-penitent ighid l-att ta' l-indiema: Mulejja Alla tiegħi jisgħobbija..... (paġna 29)
Is-saċerdot, wara li l-penitent jispiċċa jgħid l-att ta' I-indiema, jagħti l-assoluzzjoni, b'idu merfugħa fuq il-penitent:
Alla, Missier il-ħniena
. Bil-mewt u l-qawmien ta' Ibnu għall-ħajja habbeb mill-ġdid id-dinja miegħu, u sawwab fuqna l-Ispirtu qaddis tiegħu għall-mahfra tad-dnubiet.
Hu, bil-ministeru tal-Knisja jaħfirlek u jagħtik is-sliem.