1638
Żgħožija" u "Tifhira lil Malta". Ghalkemm Vassallo nqeda tajjeb b'versi diversi, forsi l-aktar vers għal qalbu kien il-vers tat-tmienja, li joqgħod tajjeb ghall-ghana minhabba r-ritmu mexxej li fih. "Is-Sultan La Valette lill-Belt Valletta" hija miktuba bil-vers tat-tmienja u b'rima mqabbża biex tfahhar l-almu ta' La Valette. Fl-istess hin hija ćanfira pulita lill-poplu Malti li baqa' lura milli jibni monument lil dan il-Gran Mastru halli jfakkar qlubitu fl-Assedju 1-Kbir (1565):
Ghaliex gebla fik ma nara
Illi xxebbah il-wiċċ tieghi?
Fi kburitek ghax insejtni?
X'kont tkun int li ma kienx drieghi?
Dnub il-Maltin ghal dan in-nuqqas ta' rispett ikompli jiżdied meta niftakru li kien l-istess La Valette li heġġeġ biex jitħejjew il-pjanti li fuqhom kellha tinbena l-belt Valletta. Fil-versi hemm taghrif indirett dwar kif l-ghadu kien jinžel f'xi xtajta mbieghda u dwar l-importanza ta' l-Assedju, I-aktar mal-pajjiżi madwar il-Mediterran:
Halli jghidu wlied 1-Imhammed Li mitt darba ġew ghalik.
Huma ġew u fuqek nižlu Minn xi xtajta bghida, mwarrba.
Jien ghalik (u tafu d-dinja) Jiena kont l-akbar Sultan.
L-aspett patrijottiku jimxi id f'id ma' l-aspett reliġjuż, żewġ elementi komuni fil-kitba romantika. Bi kliem La Valette, G.A. Vassallo jistqarr li r-rebħa l-Assedju waslet bi ndhil mis-sema:
Xi hadd iżda bis-sejf fidu (Ma jidhirx) kien jinsab hdejja.
Kien San Pawl li lilek ghammed U fetahlek dak il-ktieb Li bih wemmnek kif Bin Alla Biex jirbahna fl-art ingieb.
U min sata' qatt jaghalbek Jekk San Pawl go nofsna kien?
Iżda l-enfasi tat-tliet strofi ta' l-aħħar qiegħda fuq it-tema ewlenija, dik li l-Maltin, għal xi raġuni jew ohra, ma jafux japprezzaw il-hidma u l-isforzi ta' min hadem minn qalbu ghal pajjiżu:
14
ICYMI: 1638: Żgħožija" u "Tifhira lil Malta". Ghalkemm Vassallo nqeda tajjeb b'versi diversi, forsi l-aktar vers għal qalbu kien il-vers tat-tmienja, li joqgħod tajjeb ghall-ghana minhabba r-ritmu mexxej li fih. "Is-Sultan La Valette lill-Belt Valletta"… #Malta #Valletta #Assedju #Vassallo #Lvalette