Advertisement · 728 × 90
#
Hashtag
#StoriaMaltija
Advertisement · 728 × 90
Addiju Siġġiewi: Għeluq Wara 93 Sena, X’Inhu Jistenna? Bħal-lum il-ġurnata, meta l-Maltin jixtru l-ħ Last reply by Admin on Mon, 29 Sep 2025 16:52:39 +0000

ICYMI: Addiju Siġġiewi: Għeluq Wara 93 Sena, X’Inhu Jistenna? Bħal-lum il-ġurnata, meta l-Maltin jixtru l-ħ: Last reply by Admin on Mon, 29 Sep 2025 16:52:39 +0000 #Siġġiewi #Għeluq #Maltin #KulturaMaltija #StoriaMaltija

0 0 0 0
Preview
1632 Il-kittieba fl-Ewwel Taqsima juruna l-imħabba kbira li kellhom missirijietna lejn art twelidhom. Kif jidher dan mill-patrijotti Maltin li jfakkruna fihom f' din it-taqsima? Fl-istorja ta' Art Twelidna nsibu li bosta minn missirijietna batew qatigh, matul iż-żminijiet, kemm bhala patrijotti magħrufa kif ukoll bhala poplu, biex żammew hajja fostna t-twemmin u l-helsien li wirtu huma minghand missirijiethom. Madankollu mhux possibbli ssemmi jew issib provi storici ta' sehem kull Malti u kull rahal fit-taqbida għall-helsien; għalhekk xi kittieba joħolqu stejjer bi sfond storiku biex ifakkruna f'dawk il-postijiet u n-nies l-oħra hutna li għalkemm bla isem żgur li b'xi mod taw sehemhom fit-taqbida kontra l-barrani. Jissemmew nies patrijottići li tabilhaqq ghexu u isimhom baqa' magħruf, kif ukoll oħrajn li jimmaġinhom il-poeta. Sa minn żminijiet imbiegħda, il kittieba jippruvaw ifakkruna fi ġrajjiet li fihom ħadu sehem Maltin. Diversi poeti u awturi jiktbu dwarhom biex jgħinuna niftakru fit-tbatijiet li għaddew minnhom missirijietna. Hekk insibu li sa minn żmien il-preistorja, Malta kienet imhedda mill-ghadu li kien jinżel fuq artna u jharbat kulma jsib. Difiża ftit li xejn kellna, għalkemm twemmin u qlubija, ukoll dak iż-żmien, ma naqsux. Hekk f "Hagar Qim" Ġorġ Pisani jaghtina stampa tal-fidi fl-allat li jistennew talb it-tfajliet Maltin biex jehilsuna mill-pirati tal-bahar barranin illi kienu ġejjin biex jirkbuna. Fil-poeżija l-oħra tieghu 'II-Ggantija t'Għawdex' jimmaġina nixfa kbira li waqghet fuq il-gżejjer Maltin u li n-nies hasbuha xi sahta ta' l-allat. Meta jisimgħu bit-talba tas-saċerdoti dlonk tfajla toħroġ toffri lilha nfisha bhala sagrifiċċju "Ghall-qerda ta' dal-guh li qed jifnina I-allat iridu fis, sabiex jahfrulna, .........u ghajtet b'lehen gholi naghtihom jirn I-allat hajti u xbubiti Immut ghal Ghawdex tieghi! Hekk kienu jifhmu I-Maltin u l-Għawdxin ta' dak iż-żmien u minkejja li bla isem it-tfajla bjonda b'għajnejha żoroq li Pisani jiddeskrivi min jaf kemm mietu oħrajn bhalha ghal pajjiżhom u ħadd ma jaf bihom. L-ispirtu patrijottiku joħroġ fl-għajta erojka tat-tfajla li bl-epodu tiegħu Pisani jagħmilha mafkar ta' dawk iż-żminijiet ta' twemmin pagan. Iżda għalkemm it-twemmin inbidel u mal-miġja ta' San Pawl sirna Nsara l-imħabba lejn art twelidna ma naqsitx u baqgħu jitilgħu nies li kienu lesti jissallbu biex jaraw lil Malta hielsa. Fi żmien I-Ispanjoli Guże Galea jfakkarna fxi nies li minkejja li isimhom jista' jkun ghalina immaġinarju sehemhom fl-istorja ma ghandu jintesa qatt. F' II-Fidwa tal-Gżejjer il-prożatur isemmilna l-eroj mhux magħrufa li għamlu kulma setgħu biex jerġgħu jiksbu lura l-liberta ghal pajjiżhom min taht idejn Monroj. Bit-taxxi li kien ġaghalhom ihallsu ma setgħux jiġbru flus biżżejjed biex iżommu.l-wieghda li kienu taw lir-Re Alfonzu "Lill-ġurat Gatt messu jiġbor minn Ħal Qormi fejn kulhadd kien jafu " Nies bhal gurat Gatt thabtu bla heda biex jippruvaw jiġbru t-tletin elf fjorin halli jsalvaw lill-pajjiżna mill-hakma barranija. Minn naha l-ohra -Maltin kollha batew biex ikomplu mal dawn l-ambaxxaturi u raw kif ghamlu biex komplew ftaqru basta jiksbu l-helsien. Nies bhal dawn insibuhom ukoll msemmija minn Dwardu Cachia f Katrin ta' l-Imdina fejn Hakem ghadu jiżżewweg kellu jhalli 'I martu u jmur jaghti hajtu biex jiddefendi lil gżiritna minn invażjoni tal-furbani.

ICYMI: 1632: Il-kittieba fl-Ewwel Taqsima juruna l-imħabba kbira li kellhom missirijietna lejn art twelidhom. Kif jidher dan mill-patrijotti Maltin li jfakkruna fihom f' din it-taqsima?

Fl-istorja ta' Art Twelidna nsibu li bosta minn… #Malta #StoriaMaltija #Patrijotti #ĦinijietHistorici #Kittieba

0 0 0 0