0827
NIRRIFLETTI
"Dan Ġwanni I-Battista! Iva, hu, qam mill-imwiet." Il-protagonista fir-rakkont evangeliku tal-lum hu Ġwanni I-Battista, li għalkemm kien arrestat u maqful fil-ħabs, ma beżax ixandar il-verità. Hu fakkar lil Erodi, u lis-setgħanin tal-art, li wieħed ma jistax jibqa' sieket quddiem ċerti affarijiet, l-aktar meta dawn ikollhom x'jaqsmu m'Alla. Meta niltaqgħu ma' xi persuna awtentika li tisħaq fuq il-verità mħabbra mill-Evanġelju, it-tendenza li niddefendu l-ideat tagħna tista' tiżdied inkella tikkrolla. Aħna nistghu ngħixu s-sejħa għall-verità b'mortifikazzjoni li tiġi mis-suppervja tagħna inkella b'konverżjoni li ġġib bidla sinċiera fina. Il-mod kif ġab ruħu l-Battista jagħti messaġġ ċar lilna l-Insara msejħin biex inkunu l-harriesa tal-valur tal-verità. Jgħidilna li rridu nħarsu l-verità mhux biss fejn jidħlu temi importanti dwar ir-rivelazzjoni nisranija, imma anki f'sitwazzjonijiet oħra. Hemm bżonn noqogħdu attenti biex ma nsirux kompliċi f'ċerti sitwazzjonijiet fejn anki minħabba kwistjonijiet reliġjużi -wieħed ibigh jew jaħbi l-verità biex ma jibdilx l-attitudni tiegħu jew il-kundizzjoni li jkun qed jgħix fiha.
28 Is-Sibt 3 ta' Awwissu 2024